Qorti
Juża x-xitan biex jistupra żewġ nisa

Każ mhux tas-soltu l-Qorti fejn żagħżugh ta’ 18-il sena minn Bormla, li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, baqa’ arrestat wara li ġie akkużat bi stupru f’attività sesswali mħallta ma’ allegazzjonijiet ta’ okkult.

L-akkużat qed jiġi mixli li stupra lis-sieħba ta’ ommu. Huwa ġie mixli wkoll li darab ukoll lil bintha u li kellu x’jaqsam sesswalment magħhom kontra r-rieda tagħhom.

Iż-żagħżugħ qed jiġi mixli wkoll li darab lil oħt is-sieħba tiegħu u lil ommha u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali mat-tfajla tiegħu, minorenni ta’ 15-il sena. L-akkużat li ma jaħdimx wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġibu kontrih.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, il-Prosekuzzjoni qalet li kienet it-tfajla tal-akkużat li rrapportat l-allegat abbuż lill-Pulizija. Hija lmentat li l-akkużat kien qed jittrattaha ħażin u li kien qed jaġixxi b’mod ħażin.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Ir-Rotary Clubs ta’ Malta qed isejħu għal applikazzjonijiet mingħand residenti f’Malta li jixtiequ jsegwu post-graduate degree. L-ischolarship offrut għal residenti Maltin, li jiswa $30,000, huwa wieħed minn 800 scholarship li…

Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Kisbiet

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat….

Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Aktar