Kabbar 35 pjanta tal-kannabis fl-għalqa ta’ missieru fix-Xgħajra

Raġel ta’ 35 sena mix-Xgħajra tressaq il-Qorti akkużat li kabbar 35 pjanta tal-kannabis fl-għalqa ta’ missieru.

Manuel Abela kien akkużat li kkultiva l-pjanta tal-kannabis, li kellu fil-pussess tiegħu d-droga f’ammonti li juru li ma kienetx għall-użu personali u li fil-pussess tiegħu kellu wkoll id-droga eroina.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-pulizija ħadet azzjoni wara li nfurmaha xi ħadd u llokalizzat il-pjanti waqt rejd li għamlet fl-għalqa fix-Xgħajra.

L-akkużat kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu erba’ pitirossi li huma speċi protetta.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest.