Barranin
Kaċċatur fl-Afrika t’Isfel jitgħaffeġ minn iljunfant u jittiekel mill-iljuni

Mewta traġika għal raġel fl-Afrika t’Isfel, li iżda xi wħud iddeskrivewha bħala l-ġustizzja tan-natura.

Ir-raġel kien qed jikkaċċja illegalment ir-rinoċeronti fi Kruger Park, meta spiċċa nqatel minn iljunfant u ttiekel mill-iljuni.

Il-kaċċatur kien ma’ erbgħa oħra li ġew arrestati, u li qalu lill-awtoritajiet li seħibhom kien tgħaffeġ minn iljunfant. Minn hemm bdiet tfittxija għar-raġel, li nstabu biss ftit fdalijiet tiegħu wara li laħaq ittiekel mill-iljuni.

Il-kaċċa għar-rinoċeronti; speċi li tinsab fil-periklu li tiġi estinta, hija pjaga fl-Afrika t’Isfel. Il-kaċċaturi joqtlu r-rinoċeronti biex ibigħu l-qrun tiegħu, li hemm suq kbir għalih, b’mod partikolari fl-Asja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġie kkundannat għomru l-ħabs, u 30 sena oħra magħhom, minn Qorti fl-Istati Uniti. El Chapo ta’ 62 sena kien il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar…

Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Aktar