Kurżitajiet
Kaċċatur Taljan imut wara li attakkah ħanżir selvaġġ

Taljan ta’ 74 sena li kien għall-kaċċa miet wara li attakkah ħanżir selvaġġ.

L-inċident seħħ f’foresta fil-provinċja ta’ Alessandria li tagħmel parti mir-reġjun tal-Piemonte.

Ir-raġel kien ma’ sħabu għall-kaċċa meta spara lejn il-ħanżir selvaġġ u ferih.

Il-ħanżir ta s-salt għar-raġel u ferih bin-nejbiet.

Ir-raġel ittieħed fi sptar f’Alessandria b’ħelikopter fejn instab li kellu emoroġija.

Minkejja kull tentattiv tat-tobba r-raġel miet.

Dan kien l-ewwel kaċċatur li tilef ħajtu waqt l-istaġun tal-kaċċa din is-sena.

Matul is-sena li għaddiet kienu 14-il kaċċaturi li mietu f’inċidenti fl-Italja.