Kaċċa u Insib
Kaċċaturi qed jistennew deroga fuq is-summien u l-gamiem fir-Rebbiegħa

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qalet li l-kaċċaturi jinsabu fuq ix-xwiek biex ikunu jafu jekk hux se tingħata deroga għall-ftuħ limitat tal-istaġun tar-Rebbiegħa fuq is-summien u l-gamiem.

L-FKNK fakkret li fl-10 ta’ Marzu ressqet il-proposti tagħha lill-Ministru Clint Camilleri għal tali deroga f’April.

Iċċarat li minħabba ċirkostanzi diversi, inkluż, il-pandemija tal-COVID 19, il-Kumitat Ornis Malta għadu ma reġax ġie maħtur.

Qalet li l-Ministru għandu perjodu stabbilit bil-liġi, minn meta jirċevi rakkomandazzjoni mill-Kumitat Ornis, biex iħabbar l-applikazzjoni ta’ deroga. Madankollu, l-istess leġislazzjoni tippermetti eċċezzjoni f’ċirkostanzi speċjali, u deroga tista’ tiġi applikata sa jumejn qabel jiftaħ l-istaġun.

Żiedet li l-Ministru għandu s-setgħa japplika deroga anki jekk ma jkollux rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat Ornis.

Ara wkoll:

Il-BirdLife tgħid li l-kaċċaturi m’humiex privileġġjati

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li…

Lokali

Instab il-ftehim fil-prinċipju li kien ġie ffirmat mill-Gvern mal-Vitals Global Healthcare. Kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li l-memorandum of understanding għadda għand l-Awditur Ġenerali. Dan il-ftehim kien sar qabel ma…

Edukazzjoni

Mal-4,000 student dalgħodu rċevew il-marki tagħhom mill-bord tal-MATSEC għas-suġġetti tal-eżamijiet tas-SEC li b’eċċezzjoni din is-sena ma sarux minħabba l-Covid 19. Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-bord tal-MATSEC tħabbar li wara proċess rigoruż…

Kultura

Verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival li fit-tletin anniversarju mindu beda jiġi organizzat fiċ-ċirkustanzi ta’ din is-sena se jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live f’nofsinhar u filgħaxijiet fid-daħla tal-Belt….

Aktar