Barranin
Kalifornja t-tieni stat li qed jimponi kerfju għal wara l-10.00pm

Kalifornja huwa t-tieni stat wara Texas li mis-Sibt impona kerfju bejn l-10.00pm u l-5.00am, bl-iskop li titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

Mal-lejl l-istabbilimenti kollha jridu jagħlqu, bl-eċċezzjoni tal-ħwienet tal-ikel u r-restoranti li jistgħu joffru take-away, filwaqt li l-pubbliku huwa mħeġġeġ jinġabar f’daru.

Ir-rati ta’ infezzjoni f’Kalifornja issa huma iktar għolja minn dawk rapportati f’Awwissu, filwaqt li madwar l-Istati Uniti l-Ġimgħa kien irrapportat rekord ta’ 187,000 każ ġdid f’jum wieħed.

L-Istati Uniti issa għandu 12-il miljun każ ta’ Covid-19 u ‘l fuq minn 255,000 imwiet, li hija l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja.