Ambjent
Kampanja biex jitqajjem għarfien dwar l-ispeċi invażivi

L-ispeċi invażivi bħal Bumunqar, in-nemusa Azjatika u l-ħaxixa Ingliża huma ftit mill-ispeċi li sabu ruħhom fl-ambjenti varji tal-gżejjer Maltin, kultant b’konsegwenzi ħżiena għall-ekosistema u għall-ambjent.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għaddejja b’kampanja biex tinforma lill-pubbliku jagħraf il-ħtieġa li dawn l-ispeċi, li jistgħu jkunu minn insetti sa pjanti,ma jiddaħħlux Malta.

L-ivvjaġġar aktar spiss flimkien ma’ importazzjoni ta’ ċertu materjal bħal injam, siġar u pjanti fetħu l-bibien biex anke l-gżejjer Maltin ikunu esposti għal speċi ta’ pjanti u annimali invażivi.

Benjamin Camilleri, mill-Għaqda ACT, spjega kif dawn l-ispeċi jitkattru malajr u spiss ikunu ta’ theddida għal speċi indiġeni. Huwa spjega li l-Għaqda ACT qed tipprova treġġa’ lura l-ħsara li jagħmlu dawn l-ispeċi invażivi.

“Qegħdin nippruvaw nippreservaw il-ġenetika Maltija tal-pjanti, il-għaliex din hija ġenetika esposta għall-gżejjer tagħna, tinsab biss hawn, f’ċertu ċirkustanzi. Nemmnu li hija importanti ħafna li nikkonservawha għax din hija adattata għal hawn. Aħna nixtiequ, aktar minn qatt qabel, anke minħabba li qed naffaċċjaw problemi ta’ tibdil fil-klima, li nużaw aktar ingredjenti addattati għall-klima tagħna. ”

Is-sur Camilleri spjega li l-ispeċi invażivi jagħmlu ħafna ħsara fl-ambjent.

Qal li “ċertu pjanti, li anki jtellfu l-kwalità tal-ħamrija, inixfuha u jġibuha iktar aċiduża li mbagħad dan ma jippermetix il-biodiversità tagħna tipprogressa f’dawk l-inħawi. L-annimali minn naħa l-oħra huma ta’ kompetizjoni diretta għall-biodiversità tagħna u l-probelma bl-invażivi hija li dawn huma annimali u pjanti li ġew minn barra u qatt ma kellhom predatur u qatt mard li jaffetwahom għal Malta. Għaldaqstant m’hemmx kontrollatur bijoloġiku li jwaqqafhom milli jinfirxu”.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għamlet kodiċi ta’ prattika għall-pubbliku u l-importaturi biex ikunu nfurmati dwar kif jistgħu jevitaw l-introduzzjoni ta’ speċi invażivi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għaddew 9 sigħat minn meta fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm u terġa tiġġedded…

Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Aktar