Barranin
Kangarù jidħol jilgħab il-futbol

Ninsabu fl-eqqel tal-iktar kompetizzjoni importanti tal-futbol, it-Tazza tad-Dinja, u d-deni tal-futbol jidher li ħakem ukoll lil dan il-kangarù li bla kliem u bla sliem sab ruħu f’nofs pitch tal-futbol waqt partiti f’Canberra l-Awstralja.

Iktar minn hekk, għalxejn kienu l-isforzi ta’ min kien fil-grawnd biex jipprova jkeċċih, għax baqa’ jistina rasu.

Il-kangarù poġġa bilqiegħda fuq il-penalty area u ma ried jiċċaqlaq b’xejn. Il-partitiarji fid-Deakin Stadium segwew imbagħad lill-kangarù jinħareġ mill-grawnd, iżda malajr rawh ġej lura għat-tieni darba.

Wara nofs siegħa jiġri fil-grawnd, il-kangarù ħareġ waħdu mill-pitch u l-logħba bejn Belconnen United u Canberra setgħet tkompli mingħajr iktar interruzzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar