Mużika
Kantant barrani f’Rockestra daħal fil-mużika bis-saħħa ta’ nanntu Maltija

Jinstabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-ħdax-il edizzjoni ta’ Rockestra li se ssir jumejn oħra; ċelebrazzjoni ta’ talenti mużikali li se tgħin lill-Community Chest Fund.

Il-festival se jkun imżewwaq b’elementi mużikali li joffru pjattaforma lill-artisti stabbiliti u oħrajn li qed jippromettu. Wieħed mill-mistiedna ewlenin hu l-kantant Simon Meli, li għandu rabtiet familjari Maltin.

Simon Meli, kantant Awstraljan b’nanniet Maltin, hu wieħed mill-mistiedna ewlenin tal-kunċert Rockestra ta’ din is-sena. Il-kantant internazzjonali l-ieħor hu Markus Neugebauer.

F’intervista ma’ TVM, Simon Meli li twieled fl-1977, qal li ta’ età ċkejkna beda juri l-imħabba għall-mużika. Dan kollu grazzi għan-nanna Maltija li għallmitu jdoqq l-orgni u jkanta.

Simon Meli qal li l-aktar kantant favorit tiegħu hu Led Zeppelin, u meta kien mistoqsi jekk hux se jdoqq diski tiegħu qal li għalkemm ma jistax jiżvela x’se jdoqq u jkanta f’Rockestra, kull min jafu jaf li jħobb ikanta diski ta’ Zeppelin. Simon Meli kien jifforma parti minn grupp The Widowbirds u magħhom dar l-Ewropa tliet darbiet fuq tour, ħa sehem ukoll f’The Voice of Australia, u ħadem ma’ artisti oħra magħrufa.

Din hi l-ewwel Rockestra taħt il-presidenza ta’ George Vella. Il-Ħamis filgħaxija Dr Vella żar l-aħħar tħejjijiet tal-kunċert li għalih din is-sena se jieħdu sehem b’kollox 17-il kantant u band u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Il-ħdax-il edizzjoni ta’ Rockestra se ssir is-Sibt fl-MFCC f’Ta’ Qali.

Segwi fil-filmat x’kellu xi jgħid Simon Meli:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Aktar