Barranin
Kanye West jingħata permess biex jibdel ismu

Il-kantant magħruf Kanye West issa se jibda jissejjaħ biss Ye, wara li ngħata permess mill-Qorti biex jibdel ismu u kunjomu.

F’Awwissu li għadda l-artist ta’ 44 sena kien għamel din it-talba minħabba “raġunijiet personali,” bit-talba issa tintlaqa’ mill-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles.

L-isem Ye, qasir għal Kanye, diġà kien jużah bħala laqam, u fl-2018 anki użah bħala titlu ta’ album. Huwa magħruf l-iktar għal diski bħal ‘Gold Digger’ u ‘Stronger’.