Lokali
Kanzunetta oriġinali biex tieħu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest 2018

Tfal ta’ bejn id-9 u l-14-il sena jistgħu jieħdu sehem fl-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest 2018.  Is-sottomissjonijiet se jinfetħu fil-jiem li ġejjin u se jibqgħu jintlaqgħu sal-20 ta’ Lulju li ġej.

Kull kanzunetta trid tkun bejn 2 minuti u nofs u 3 minuti.  Il-parteċipanti jridu jkunu tfal Maltin u jridu jkunu nvoluti fil-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetta oriġinali li jkunu qed jieħdu sehem biha f’dan il-konkors.

Fit-3 t’Awwissu se jitħabbru s-16-il finalist, biex f’Settembru ssir l-għażla tal-kantant jew kantanta permezz ta’ programm fuq TVM.  Ir-rebbieħ jew rebbieħa jirrappreżenta lil Malta fil-Belarus f’Novembru li ġej.

Iktar tagħrif dwar ir-regolamenti, il-formola tal-applikazzjoni u dettalji oħrajn tista’ tiksibhom billi tibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ntlemaħ mill-Pulizija jagħti d-droga lil sieħbu waqt lejl ta’ divertiment f’Paceville. Kien lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-2016, meta Surġent u…

Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar