Kultura
Kanzunetta tagħti vuċi lil tfal u adolexxenti li rċevew kura għas-saħħa mentali

Tfal u adolexxenti li ngħataw terapija u kura għal kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali ħadmu mal-kantant Gianluca Bezzina u l-kittieb Paul Bezzina biex iwasslu messaġġ.

Il-lirika tal-kanzunetta ‘All I Need’ tirrifletti l-esperjenzi ta’ dawn it-tfal u l-adolexxenti li fittxew għajnuna fil-komunità jew kellhom bżonn jiġu rikoverati minħabba s-saħħa mentali.

Huma enfasizzaw fuq il-fatt li dejjem se jiltaqgħu ma’ mumenti diffiċili u sfidi, iżda importanti li ma jaqgħtux qalbhom u jfittxu l-għajnuna għax dejjem hemm lok biex jimxu ‘l quddiem.

Il-proġett Shout Out for Mental Health, li huwa appoġġjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività, involva gruppi terapewtiċi ta’ kull ġimgħa.