Barranin
Kap mafjuż jispiċċa arrestat waqt l-ikla tal-Għid

Il-kap mafjuż Palermitan, Giuseppe Calvaruso ma gawdiex il-festi hekk kif spiċċa arrestat f’nofs l-ikla tal-Għid.

Calvaruso, li jgħix fil-Brażil, żar lill-familja tiegħu f’Palermo għall-festi bil-pjan li wara jivvjaġġa lejn l-Amerka. Iżda l-pjanijiet tiegħu marru żmerċ hekk kif il-pulizija Taljana ġabruh waqt li kien qed jiċċelebra ma’ familtu.

Giovanni Caruso ta’ 50 sena, Silvestre Maniscalco ta’ 41 sena, Francesco Paolo Bagnasco ta’ 44 sena u Giovanni Spano’ ta’ 59 sena wkoll spiċċaw arrestati.

L-irġiel qed jiġu akkużati b’diversi reati gravi fosthom assoċjazzjoni mafjuża u estorsjoni fost oħrajn.