Avjazzjoni
Kapijiet ta’ linji tal-ajru minn madwar id-dinja qed jiltaqgħu f’Malta

F’dawn il-jumejn f’Malta qed titlaqqa’ l-konferenza internazzjonali tal-Avjazzjoni msejħa CAPA, li qed tiddiskuti l-isfidi li hemm fis-settur tal-avjazzjoni.

Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 100 delegat minn madwar id-dinja, fosthom diversi kapijiet eżekuttivi tal-linji tal-ajru ewlenin.

L-ogħla uffiċjali tal-linji tal-ajru mid-dinja kollha qed jiddiskutu l-isfidi li l-linji tal-ajru qed jiffaċċjaw, fosthom il-pressjoni biex inaqqsu l-emissjonijiet. L-uffiċjali eżekuttivi qed jiddiskutu s-swieq reġjonali u l-istrateġiji tagħhom fl-industrija.

Il-konferenza ġiet indirizzata, fost oħrajn, miċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion. Huwa tkellem dwar l-iżviluppi li għaddiet minnhom il-kumpanija.

In-Nutar Mangion qal li wara kważi 20 sena b’riżultati finanzjarji negattivi, l-Air Malta s-sena l-oħra dawret il-paġna, tant li l-CAPA stess sejħet lill-Air Malta bħala l-linja nazzjonali tal-ajru li rnexxielha ddawwar ir-rotta finanzjarja tagħha lejn profitt.

Iċ-Chairman tal-Air Malta żied jgħid li l-Air Malta se tkompli bl-istrateġija tat-tkabbir biex iżżomm il-pass mal-miri finanzjarji.

“Inħarsu li fit-tnax-il xahar li ġejjin ikollna impatt ukoll biex il-yield revenue mill-various streams jikber ukoll, allura għandek load factor yield li tikber f’suq kompetittiv ħafna, naħseb li hija importanti ħafna,” qal Charles Mangion.

Malta qed tospita s-summit magħruf bħal CAPA, anke biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha, fosthom fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-ajruplani.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar