Lokali
Kapitlu magħluq għal Jason Azzopardi dwar il-karozzi li qal li kienu qed isegwuh

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi  b’messaġġ fuq il-Facebook għalaq il-kapitlu dwar l-allegazzjoni tiegħu li għamel nhar is-Sibt meta qal li kien qed ikun segwit minn żewġ vetturi.  Għall-bidu kien implika li dan kien qed isir mis-Servizzi tas-Sigurtà.

Dan kien miċħud kemm mill-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà, kif ukoll fi stqarrija tal-Gvern.  Iktar tard, Dr Azzopardi kien irtira l-allegazzjoni tiegħu li l-vetturi li kienu segwuh kienu mibgħuta mis-Servizz tas-Sigurtà.

Fi żvilupp ieħor dalgħodu, Dr Azzopardi kiteb fuq il-Facebook li l-Pulizija sejħu lill-persuna li kienet qed issegwih u tawh spjegazzjoni sodisfaċenti dwar il-każ.  Huwa rringrazzja lill-Ispetturi Zahra u Butters tax-xogħol u l-għajnuna tagħhom f’dan il-każ.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar