Barranin, Kurżitajiet
Kapolavur ta’ Picasso għall-irkant stmat għal $45 miljun

Matul ħajtu l-artist Spanjol Pablo Picasso kien ispirat prinċipalment minn żewġ nisa, b’waħda minnhom Marie-Therese hija wkoll il-figura ċentrali f’portrait imsejħa ‘il-Muża tad-Deheb’ u li bħalissa jinsab għall-wiri f’Hong Kong qabel l-irkant ta’ Sotheby’s f’Londra.

Dan il-kapolavur ta’ Picasso mistenni jmur taħt il-martell għas-somma ta’ $45 miljun.

Impinġi fl-1932 – fis-sena tad-deheb ghal Picasso u l-arti tiegħu, din il-pittura dejjem tqieset bħala r-rabta intima li kien hemm bejn l-artist u Marie-Therese.

Il-muża tad-deheb qed tidher għall-ewwel darba fil-pubbliku f’għoxrin sena u issa se tkun għall-irkant flimkien ma’ kapolavuri ta’ artisti oħra, qabel l-irkant f’Londra fid-19 tax-xahar id-dieħel. Sotheby’s jemmnu li kapolavuri tal-arti huma popolari fis-suq Ażjatiku speċjalment fost ix-xerrejja ta’ arti imprezzabbli miċ-Ċina u t-Tajwan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.  U hekk ġara fix-xtajta Spanjoli ta’ Andalusija.  Iżda l-kurrenti ġabu magħhom invazjoni ta’ bram kif jidher fil-filmat li spiċċa viral fuq Facebook.  Il-bram inġemgħu fix-xtajta l-iktar…

Barranin

L-Istati Uniti toħroġ mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem. Skont il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Kunsill hu ipokrita, li jservi lilu nnifsu u ma jħarisx id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra hija indikat…

Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin

Il-Parlament Kanadiż ivvota favur liġi li tillegalizza l-użu tal-kannabis rikreazzjonali.   Il-liġi tal-kannabis għaddiet b’52 vot favur u 29 kontra mis-Senat. Il-liġi tikkontrolla u tirregola t-tkabbir, it-tqassim u l-bejgħ ta’ din…

Aktar