Edukazzjoni
Karattru simpatiku jfakkar lill-istudenti kif jilqgħu għall-Covid-19

Mal-istudenti u l-edukaturi tas-sekondarja De La Salle, f’din is-sena skolastika żdied il-karattru Lorme biex jgħin lill-istudenti jiftakru fil-prekawzjonijiet li jridu jieħdu għall-COVID-19.

Lorme nħoloq minn Mario Cocker, tekniku tal-laboratorju, li spjega li l-karattru hu mnebbaħ mit-tabib Franċiż tas-seklu sbatax Charles de Lorme li kien ħoloq maskra b’wiċċ għasfur biex jipproteġi lilu nnifsu kontra l-pesta. “Ridt noħroġha għall-istudenti tal-lum il-ġurnata, biss meta tħares lejh titbissem xi ftit.”

L-għalliem tad-drama u LSA Charles Grogan qal li s-soċjetà għandha vantaġġ li tista’ tikseb informazzjoni mill-mezzi tal-media soċjali b’kuntrast maż-żminijiet li għex fihom Lorme. “Dak iż-żmien ma kinux jafu kif din il-marda tiġi trasmessa, illum nafu anki permezz tamidja soċjali, permezz tat-tv, u facebook.”

L-istudenti kollha issa rritornaw fl-iskejjel. Staqsejna lil dawk ta’ De La Salle minn fejn jiksbu t-tagħrif dwar l-imxija. Ara x’kellhom xi jgħidu: