Barranin
Kardinal akkużat li xtara proprjetà li tiswa €350 miljun f’Londra b’fondi tal-Knisja

Fil-Vatikan, il-Kardinal Cardinal Angelo Becciu li għandu 73 sena qiegħed jiffaċja akkużi li għamel użu ħażin minn fondi tal-Knisja biex xtarta proprjeta li tiswa mat-350 miljun Ewro f’Londra.

Wara investigazzjoni li ħadet sentejn, instab li l-Vatikan għamel telf ta’ miljuni ta’ Ewro biex xiri tal-proprjeta fl-2014.

Il-Kardinal Becciu li kien inkarigat mid-donazzjonijiet tkeċċa mill-Papa Franġisku f’Settembru li għadda hekk kif bdew ifeġġu rapporti dwar il-każ.