Politika
AĠĠORNAT: Karmenu Vella jirċievi l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

L-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella llum kien onorat bil-grad ta’ kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Dan kien l-ogħla unur mogħti waqt iċ-ċerimonja tal-Investitura fil-Palazz tal-President f’Jum ir-Repubblika.

Il-Perit Vella serva fil-politika ta’ Malta għal iktar minn erbgħin sena, fejn ġie elett għall-ewwel darba fl-1976 u baqa’ jiġi elett fil-Parlament Malti għal disa’ darbiet konsekuttivi.

Fl-2014 ċeda s-siġġu Parlamentari, wara li ġie nnominat biex iservi bħala Kummissarju Ewropew. F’din il-kariga żviluppa rwol għall-Unjoni Ewropea fil-governanza tal-oċean, imbotta l-Blue Economy u ħadem għal titjib fis-sostenibbiltà tas-sajd.

Ara wkoll:

L-Atleti tal-Ispecial Olympics mogħtija Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar