Lokali
Karmenu Vella jingħata medalja mill-Prinċep ta’ Monako

Karmenu Vella rċieva medalja ta’ Ordni ta’ San Charles mill-Prinċep Albert II ta’ Monako.

Iċ-ċerimonja saret ilbieraħ mill-Palazz tal-Prinċep. Matul dawn l-aħħar ħames snin, Karmenu Vella ħadem fil-qrib mal-Prinċep f’diversi okkażjonijiet sabiex iqajjem għarfien dwar il-ħtieġa ta’ attenzjoni u protezzjoni għall-oċeani.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Prinċep ta’ Monako ta ġieħ lill-kisbiet ta’ Vella. Is-sena l-oħra l-Prinċep iddeskriva lil Vella bħala l-bniedem Ewropew li ispira proġetti b’għanijiet ambizzjuzi u li għandu determinazzjoni biex jiksibhom.

Aħbarijiet Oħra

Il-kumpanija għall-immaniġġjar tal-iskart, Wasteserv, qalet li qed iżżid l-isforzi biex il-pajjiż itejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Wara l-akbar esportazzjoni f’seba’ snin ta’ fdalijiet ta’ ħġieġ, fil-landfill tal-Għallis bħalissa għaddejja operazzjoni kbira biex…

Sean Grech ta’ 26 sena mis-Siġġiewi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ, li hu wkoll missier, ġie mixli li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza…

Ħmistax-il ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati – Adrian Delia u Bernard Grech – qalu tagħhom dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar dwarhom u li ġie…

Il-Wasteserv reġgħet ċaħdet allegazzjonijiet li saru fuq l-operat tagħa f’Għawdex u qalet li mill-investigazzjoni li għamlet irriżulta li dawn huma infondati. Fi stqarrija b’referenza għal artiklu ppublikat f’Il-Mument ġimagħtejn ilu,…

Aktar