Unjoni Ewropea
Karmenu Vella jiżvela r-riċetta tiegħu għall-imqarrun il-forn

Il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella neħħa l-ġlekk u libes il-fardal f’inizjattiva biex tressaq il-popli ta’ żewġ kontinenti eqreb lejn xulxin.

Permezz ta’ riċetta tal-imqarrun il-forn, il-Kummissarju Vella ta l-kontribut tiegħu f’isem Malta, fost 70 pajjiż Ewropew u Afrikan, għal ktieb tar-riċetti.

Minbarra l-ingredjenti tas-soltu, dan id-dixx imqarrun jinkludi kapuljat taċ-ċanga u l-majjal, fwied tal-vitella, bejken, karrotti u piżelli.

Meta varat il-ktieb, il-Kummissjoni Ewropea qalet li tittama li permezz tiegħu l-popli jsiru jafu iktar lil xulxin, u jirrealizzaw li minkejja l-kulturi differenti, kulħadd iħobb ikla tajba.

Tista’ tara r-riċetti kollha hawn. Titħajjar tipprova xi waħda minnhom?

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Sport

Matul it-tliet ijiem li ġejjin, l-atleti u l-uffiċjali ta’ Special Olympics Malta se jingħataw taħriġ minn ex Champion Olimpika Amerikana tal-għawm, Donna de Varona u tliet mibgħuta speċjali tal-isport mill-Istati…

Parlament

Illejla fil-Parlament qed isir id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għall-baġit. Dan wara li lbieraħ sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Id-diskors tal-lum qed jixxandar dirett fuq l-istazzjon TVM u fuq…

Aktar