Karozza tal-linja bil-passiġġieri tieħu nar fiż-Żurrieq

Karrozza tal-linja mimlija passiġġieri ħadet in-nar għall-ħabta tas-6.30 p.m. fiż-Żurrieq, eżattament ħdejn il-funtana li hemm  hekk kif tidħol f’din il-lokalità.

Il-karozza kienet ġejja mill-Belt Valletta.

tvm.com.mt huwa informat li hekk kif il-vettura ħadet in-nar, ix-xufier ipprova jikkontrolla n-nirien permezz ta’ fire extinguisher.

Dan sakemm fi ftit ħin waslu fuq il-post membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assiguraw li n-nar intefa għal kollox