Lokali
FILMAT: Karozza tal-linja tieħu n-nar fil-Belt

Karozza tal-linja ħadet in-nar għall-ħabta tal-10.00 ta’ dalgħodu barra Bieb il-Belt, fejn kien jarma l-monti.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili mis-sezzjoni tal-Floriana u ta’ Kordin marru fuq il-post biex jitfu n-nirien.

Iktar tard kien ikkonfermat li fuq tal-linja ma kien hemm ħadd. Id-dħaħen ħolqu xi ftit tal-kommossjoni fil-venda, iżda b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd.