Kronaka
Karozza tieħu n-nar waqt li kienet qed tinstaq

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Msida u ġuvni ta’ 19-il sena residenti B’Kara ma sofrewx ġrieħi wara li għal xi raġuni l-karozza li kien qed isuq ir-raġel ħadet in-nar.

Il-każ seħħ fil-11:15 tas-Sibt filgħaxija fi Triq John Borg, kantuniera ma’ Triq Injazju Saverju Mifsud Birkirkara. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nirien.