Kronaka
Karozza tinqaleb f’inċident fl-Imsida

Żagħżugħ nqaleb bil-karozza wara ħabta fl-Imsida.

L-inċident seħħ fi Triq Victor Denaro, l-Imsida għall-ħabta tas-6.15am.

Il-karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mill-Gżira nqalbet wara ħabta ma’ vettura oħra.

Il-vettura l-oħra baqgħet sejra minn fuq il-post.

Is-sewwieq ħareġ waħdu mill-karozza. Minkejja dan xorta ntalbet ambulanza.