Temp
Karozzi mgħerrqa u drenaġġ fit-triq kaġun ta’ xita qawwija

L-għargħar u l-ħruġ tad-drenaġġ fit-triq kienu fost il-konsegwenzi tax-xita qawwija li għamlet fl-aħħar sigħat.

Filmati li ttellgħu fuq il-midja soċjali juru x-xatt ta’ Buġibba mgħerreq, bl-ilma jaqbeż il-bibien tal-karozzi. Il-paġna MRTU irrappurtat ukoll għargħar fil-wied ta’ San Ġwann, u ġebel fit-triq fit-Telgħa t’Alla u Ommu.

Sadanittant, ġenituri li uliedhom jattendu l-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk ilmentaw minn drenaġġ li qed ifur fit-triq tal-iskola.

Ġenituri li tkellmu ma’ TVM qalu li uliedhom spiċċaw riħa ta’ ħmieġ, u li din ma kinitx l-ewwel darba li seħħet.

TVM infurmat li kien hemm ukoll għargħar fl-inħawi ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, fejn attwalment din il-problema tinqala’ anki mingħajr xita, meta jogħla l-livell tal-baħar u jispiċċa fit-triq.

B’rabta ma’ din tal-aħħar, Infrastructure Malta qalet li qed tevalwa soluzzjonijiet li jtaffu l-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar, mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi fuq il-bini fl-inħawi.

Ara wkoll:

Xita m’għamlitx imma din it-triq f’Birżebbuġa xorta mgħerrqa

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li San Ġużepp hu eżempju tajjeb ħafna ta’ difensur tal-ħajja, anke fil-ġuf, u appella biex l-insara jħarsu lejn il-missjoni tagħhom fid-dinja bl-istess sens ta’ dover,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa l-waqt li l-Prim Ministru juri kemm hu kapaċi jieħu d-deċiżjonijet għal governanza tajba. Staqsa x’se jagħmel bil-Ministru Justyne Caruana wara li ġie…

Politika

Ġimgħa wara l-ħatra tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħidma li inbdiet favur governanza tajba u rrefera għal-kumitat li twaqqaf fil-kabinett li se jkun qed…

Politika

L-eks deputat kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta, qal fi stqarrija li qatt ma kien jaf bl-involviment ta’ Yorgen Fenech fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu qal dan wara li l-gazzetta The…

Aktar