Lokali
Karta tal-Identità ġdida b’karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew iffalsifikat. Il-produzzjoni tal-karta tal-identità l-ġdida waslet fl-aħħar fażi.

Waqt żjara fl-impjant fejn qed issir il-produzzjoni tal-karta tal-identità l-ġdida, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Alex Muscat, qal din il-ħidma hi turija li Identity Malta tieħu bis-serjetà s-sigurtà tal-identità tal-individwu.

Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija, Anton Sevasta, qal li l-karta tal-identità l-ġdida mhux se titqassam f’daqqa mal-pajjiż kollu iżda se tinħareġ għall-persuni li japplikaw għal karta ġdida tal-identità jew biex ibiddlu dan id-dokument uffiċjali.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar