Kronaka
AĠĠORNAT: Identifikata l-mara li ttellgħat mejta minn Għar Lapsi

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ Maltija ta’ 51 sena li ntlemaħ fil-baħar fl-inħawi ta’ Għar Lapsi limiti tas-Siġġiewi.

Kien għal ħabta tat-tliet u nofs ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u ftit wara l-katavru ttella’ l-art b’ħelikopter tal-Forzi Armati. Il-katavru tniżżel qrib l-impjant tar-Reverse Osmosis u minn hemm ittieħed lejn il-kamra mortwarja f’Mater Dei ghall-ewwel ezamijiet forensici qabel issir l-awtopsja.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-katavru ġie identifikat li huwa ta’ mara residenti il-Gżira. TVM hu infurmat li mill-ezamijiet forensiċi li saru fuq il-katavru tal-mara, li fl-aħħar jiem kienet irrapurtata nieqsa, ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija huma mmexxija mill-Ispettur Kylie Borg, filwaqt li l-espert Mario Xerri qed jassisti fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud qed imexxi inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Lokali

Tnieda l-ewwel sett ta’ Standards Soċjali Regolatorji mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA). Standards li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jkunu mħarsa aħjar id-drittijiet tat-tfal. Bħalissa f’Malta hawn 4…

Aktar