COVID-19
Każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – 204 imfejqa

Komplew jiżdiedu l-persuni li fiequ mill-Covid-19. Waqt il-bulettin mediku, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li llum kellna 39 persuna li fiequ. B’hekk it-total tal-persuni li fiequ huwa ta’ 204 persuni.

L-età tal-persuni li fiequ tvarja bejn 0-89 sena. Prof Gauci qalet li minn dawn kien hemm tliet persuni bejn 0-9 sena, 4 persuni bejn 20-29 sena, 9 bejn 30-39 sena, 7 bejn 40-49 sena, 6 bejn 50 u 59 sena, 5 bejn 60 u 69 sena, 2 bejn 70-79 sena u 3 bejn 80 u 89 sena.

Waqt l-aġġornament tagħha, Prof Gauci qalet li llum kellna każ wieħed li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus. Dan ħareġ minn 641 test li saru. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 31 sena li jgħix fil-komunità. Huwa ma kellux sintomi u kellu kuntatt ma’ persuna oħra li tinsab fi kwarantina.

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 23. April 2020

Hija qalet li s’issa saru 26,811 swab test u li s’issa kellna 445 każ ta’ COVID-19 li minnhom 241 huma każi attivi. Spjegat li bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm ħames pazjenti u wieħed fl-ITU li jinsab stabbli. 16 oħra jinsabu għall-kura fl-isptar Boffa u 7 oħra fl-isptar St Thomas bin-numru ta’ pazjenti bil-Covid-19 fl-isptarijiet dejjem qed jonqos.

Minkejja li n-numri ta’ każijiet ġodda huwa baxx, Prof Gauci appellat biex in-nies jibqgħu josservaw ir-regoli u biex min iħoss xi sintomu jċempel fuq 111.

Intant is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li Trasport Malta qed tipprovdi transport apposta għal persuni li jkollhom bżonn jagħmlu t-test iżda li m’għandhomx mezz kbiex imorru fiċ-ċentru fejn isiru s-swabs. Saħqet li dan is-servizz għandu jintuża biss minn dawk li verament ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

Aktar