COVID-19
Każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – imfejqa 9 oħra

Ġie kkonfermat każ ieħor ta’ Coronavirus f’Malta mentri 9 persuni oħra issa jiżdiedu mal-485 persuni mfejqa.

Dan ikkonfermatu s-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza stampa tal-lum fejn qalet li f’Malta b’kollox s’issa għanda 120 każ attiv ta’ Coronavirus.

Fl-ewwel bulettin mediku għal din il-ġimgħa, Prof Gauci tat rendikont ta’ dawn l-aħħar tliet ijiem, fejn b’kollox kien hawn 11-il każ ġdid u 16-il persuna fiequ, bl-età tagħhom tvarja bejn sena u 89 sena. Spjegat li matul il-jum tal-ġimgħa kien hemm 9 każijiet ġodda u fl-aħħar jumejn kien hemm każ f’kull jum.

Fir-rendikont tagħha tal-każijiet ġodda , Prof Gauci qalet li erba’ minnhom kienu mingħajr sintomi. Dawn jinvolvu mara ta’ 29 sena, mara ta’ 24 sena li taħdem bħala ħaddiema tas-saħħa, ħaddiem tas-saħħa ieħor li jaħdem f’testing hub ta’ 23 sena u Alġeriż ta’ 34 sena. L-Alġeriż mar jagħmel it-test qabel ma applika għall-impjieg u ħareġ pożittiv. Huwa qed jinżamm fl-Isptar Boffa peress li jgħix ma’ xi persuni oħra.

Dwar il-każijiet l-oħra, Prof Gauci spjegat li wħud minnhom kienu relatati ma’ każijiet oħra. Fost dawn il-każijiet hemm 2 nisa mill-Isptar Karen Grech fejn dawn saru t-testijiet wara li kien hemm xi każijiet. Waħda minnhom hija ħaddiema fl-Isptar ta’ 34 sena u residenta ta’ 63 sena.

Każijiet oħra huma ta’ żagħżugħa ta’ 19-il sena li taħdem fi spiżjerija u bdiet bis-sintomi ta’ wġigħ ta’ ras u fi griżmejha. Każ ieħor huwa ta’ raġel ta’ 38 sena li beda b’uġigħ fil-muskoli u sogħla u Malti ta’ 64 sena li kellu nuqqas ta’ xamm. Martu kellha xi sintomi iżda meta għamlet it-test ħarġet negattiva.

L-aħħar żewġ każijiet huwa cluster fejn kellhom kuntatt ma’ persuna oħra li kellha l-virus. Peress li jaħdmu fuq l-istess post ġew identifikati mill-iswab tests li saru wara li ħareġ l-ewwel każ.

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għal-25 ta' Mejju 2020

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għal-25 ta' Mejju 2020

Gepostet von Television Malta am Montag, 25. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar