Lokali
Każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta, ifiqu 19-il persuna oħra

Ikkonfermat każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta bin-numru totali ta’ każijiet attivi s’issa hemm 306.

Waqt konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni attwali f’pajjiżna fl-isfond tal-Covid-19, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li 19 il-persuna oħra fiequ mill-virus. Madanakollu dawn se jibqgħu fi kwarantina. B’kollox 118-il persuna fiequ mill-virus. B’hekk f’Malta fadal 306 każijiet attivi.

Spjegat li l-età tad-19-il persun li fiequ tvarja bejn 20 u 80 sena, b’waħda minnhom kienet rikoverata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Prof Gauci qalet li 14 minnhom irġiel.

Kompliet tgħid li saru 787 swab tests ilbieraħ u minnhom ħarġet mara Serbjana ta’ 29 sena pożittiva għall-virus. B’kollox sal-lum saru 24,022 swab tests.

Dwar il-pazjenti fl-ITU, Prof Gauci fakkret li għad hemm 2 pazjenti li t-tnejn li huma stabbli.

Dwar iċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far, Prof Gauci qalet li saru 20 test li lkoll irriżultaw negattiv.

Hija fakkret sabiex il-poplu jibqa’ attent u jimxi mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u jibqa’ ġewwa.

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 19. April 2020

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar