COVID-19
AĠĠORNAT: Każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 3 oħra mfejqa, l-ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 68 wara li bejn ilbieraħ u llum ġie rrappurtat każ ġdid minn 1,658 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ tlieta, u li ma kienet rappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19, biex it-total tal-vittmi baqa’ 419.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 huwa ta’ 30,573.

Bil-każijiet il-ġodda ta’ fejqan telgħu għal 30,086 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 564,718 doża tal-vaċċin li minnhom 330,970 kienu l-ewwel doża. In-numru ta’ dawk li issa huma mlaqqma b’mod sħiħ huwa ta’ 243,252.