COVID-19
Każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, ifiqu 7 persuni oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstab każ wieħed biss ta’ coronavirus minn fost 1,135 swab test.

Seba’ persuni ġew iddikjarati li rkupraw mill-virus u b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 f’Malta issa tela’ għal 647.

L-ammont ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-coronavirus mindu feġġgħet l-imxija f’Marzu huwa ta’ 671. Minnhom f’Malta għad hawn biss 15-il każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każ tallum ma kienx magħruf minn xi ġrupp ieħor u kellu s-sintomi.

Minn Marzu ‘l hawn saru total ta’ 96,266 swab test.

 

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet li tirreferi lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja talli naqsu milli jimplimentaw b’mod sħiħ ir-regoli tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob li jittieħdu…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar sejħa għal proġetti kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali li jiffurmaw parti mill-MCESD u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jagħtu kontribut attiv…

Politika

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lbieraħ, dwar ix-xhieda fil-kawża tiegħu dwar il-kuntratt mal-Vitals, kelliem għan-Nexia BT Manuel Castagna, qal li x-xhieda tiegħu fil-qorti kienet li l-kumitat ta’ aġġudikazzjoni li…

Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Aktar