COVID-19
Każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, persuna oħra mfejqa

Illum kien ikkonfermat każ wieħed ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li lbieraħ saru 1,560 test. Dan wara li lbieraħ kienu mħabbra 15-il każ ġdid.

Fl-aġġornament tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci ħabbret li mill-bieraħ ’l hawn ġiet iddikjarata mfejqa persuna oħra, waqt li l-ġurnata ta’ qabel fiequ 3 persuni.

B’kollox l-ammont ta’ każijiet f’Malta huwa ta’ 600, li minnhom 125 għadhom attivi.

Ħames persuni kellhom is-sintomi

Mis-16-il każ ġdid tal-aħħar jumejn, ħames persuni kellhom is-sintomi tal-Covid-19. Dawn huma mara Maltija ta’ 85 sena li kellha sintomi ta’ sogħla u qtugħ ta’ nifs fit-18 ta’ Mejju. Il-Professur Gauci qalet li din l-anzjana għandha mard kroniku iżda tinsab f’qagħda stabbli.

Mara Maltija ta’ 70 sena, kellha sintomi ta’ uġigħ ta’ ras u għejja fid-19 ta’ Mejju. Hija taħdem mid-dar u mara Maltija ta’ 56 sena kellha sintomi ta’ ġriżmejha juġgħuha u uġiegħ ta’ ras fis-17 ta’ Mejju. Il-Professur Gauci qalet li qed isir contact tracing tal-membri tal-familja tagħha.

Irriżultaw pożittivi għall-virus ukoll mara Maltija ta’ 27 sena li tgħix Għawdex li fis-16 ta’ Mejju kellha uġigħ ta’ ras, iżda ma kinetx qed tmur għax-xogħol u raġel Malti ta’ 23 sena li fit-18 ta’ Mejju kellu sintomi ta’ uġigħ fi griżmejh, għejja u dijarea u l-awtoritajiet qalu li qed isir contact tracing fuq il-post tax-xogħol f’Għawdex fejn jaħdem.

Seba’ każijiet kellhom kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv

Seba’ każijiet ġodda, irriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara li kellhom kuntatt ma’ xi ħadd li l-awtoritajiet jafu li għandu l-virus. Dawn jinkludu żewġt irġiel Maltin, wieħed ta’ 59 u l-ieħor ta’ 38 sena u li ma kellhomx sintomi.

Raġel ta’ 45 sena li jaħdem l-isptar Mater Dei imma mhux ħaddiem tas-saħħa u żewġ carers barranin: raġel mill-Filippini ta’ 33 sena li jaħdem f’dar għall-anzjani u li kellu kuntatt ma’ carer ieħor li kien diġà pożittiv għall-Covid-19 u mara Indjana ta’ 32 sena li taħdem carer fl-isptar Karin Grech u li kellha kuntatt ma’ każ ieħor li ħareġ pożittiv. Iż-żewġ carer it-tnejn kienu diġà fi kwarantina.

Iż-żewġ każijiet l-oħra huma żewġ anzjani, mara Maltija ta’ 69 sena u raġel Malti ta’ 72 sena: il-mara hija qariba ta’ każ ieħor u kienet diġà fi kwarantina filwaqt li r-raġel kellu d-deni fid-19 ta’ Mejju u kien kuntatt ma’ persuni oħra li rriżultaw pożittivi għall-virus f’sala fl-isptar Karin Grech. Ir-raġel issa jinsab f’sala ta’ iżolazzjoni.

Erba’ każijiet ma kellhomx sintomi

L-erba’ każijiet li fadal, ma kellhomx sintomi tal-Covid-19 u nqabdu mit-testijiet li jsiru bħala prekawzjoni qabel persuna tidħol f’istituzzjoni tas-saħħa. Mara anzjana ta’ 71 u raġel ta’ 56 sena daħlu l-isptar Mater Dei biex jieħdu l-kura għal xi ħaġa oħra u minn test li sarilhom irriżultaw pożittivi għall-coronavirus.

Raġel Franċiż ta’ 59 sena ukoll ħareġ li hu pożittiv għall-Covid-19 wara li daħal l-emerġenza u sarlu test ta’ prekawzjoni. Il-Professur Gauci qalet li dan il-Franċiż għandu wkoll ħanut tar-retail iżda r-riskju li seta’ ferrex il-virus huwa minimu għax kien qed jobdi r-regolamenti fosthom li hu kien liebes il-maskra. Mara Filippina ta’ 55 sena li hija carer f’Karin Grech irriżultat pożittiva għall-virus u għaddejja investigazzjoni dwar dan il-każ għaliex fis-sala fejn kienet taħdem ma kien hemm l-ebda każ ta’ xi ħadd li rriżulta pożittiv għal-Covid-19

Il-Professur Gauci qalet li bħalissa tmienja mill-każijiet attivi qed jinżammu fl-isptar Boffa, sitta fl-isptar St Thomas, sitta fl-isptar Mater Dei u m’hemm ħadd fl-ITU. Hemm ukoll ħames pazjenti fl-isptar Karin Grech.

Qalet ukoll li 77 ħaddiem tas-saħħa f’Mater Dei bħalissa qegħdin fi kwarantina minħabba li seta kellhom esposizzjoni għall-virus filwaqt li 246 ħaddiem tas-saħħa qegħdin fi kwarantina preventiva għaliex huma stess persuni vulnerabbli.

Tista’ ssegwi l-konferenza sħiħa hawn:

Gepostet von Television Malta am Freitag, 22. Mai 2020

Ara wkoll:

L-ispezzjonijiet fuq ir-restoranti li bdew joperaw se jibqgħu jsiru

Il-parrukkiera jistgħu jiddeċiedu huma jekk jagħmlux blow-dries

Persuni vulnerabbli għandhom dritt ma joħorġux għax-xogħol

Jiżdiedu aktar miżuri fuq persuni li jidħlu Malta bil-katamaran

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fil-Ħamrun inbela’ min-nirien. Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Avjazzjoni

L-Air Malta lbieraħ temmet l-ewwel titjira lejn Cochin, fl-India. Dan huwa l-ewwel vjaġġ tax-xorta tiegħu għall-Air Malta. F’post fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment, Silvio Schembri qal li dan…

Parlament

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield għamel għadd ta’ mistoqsijiet lid-deputati nazzjonalisti fl-Oppożizzjoni dwar ir-relazzjonijiet ma’ Yorgen Fenech li huwa akkużat bħala l-mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Id-deputat Bedingfield – li…

Aktar