COVID-19
Każ ġdid ta’ Covid-19 u tfiq persuna oħra

Fl-aħħar 24 siegħa ġie irreġistrat każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 1,044 swab test.

Sallum saru b’kollox 80,953 swab test.

Persuna oħra ġiet iddikjarata mfejqa biex issa t-total ta’ persuni li fiequ mill-coronavirus f’Malta tela’ għal 601.

It-total ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 huwa ta’ 646, li minnhom 36 għadhom attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każ hu iżolat. Spjegaw li testijiet li saru lil persuni f’kuntatt mal-każi tal-bieraħ kollha rriżultaw fin-negattiv.

Dan fost l-oħrajn ifisser li residenti u l-impejgati fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla m’għandhomx il-virus. Ilbieraħ il-Ministeru tas-Saħħa qal li dawn qed jistennew ir-riżultat ta’ test li sarilhom wara li azjana ta’ 98 sena minn din id-dar instab li għandha l-virus.

L-awtoritajiet tas-saħħa għadhom iħeġġu lil kulħadd biex isegwi d-direttivi fosthom li tinżamm distanza soċjali bejn persuna u oħra, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri jew visors f’ċerti postijiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar