Lokali
Każ Jordan Azzopardi: Isibu droga u flus foloz moħbija f’ħajt tas-sejjieħ u f’għar

Il-Pulizija kompliet tibni l-każ tagħha kontra Jordan Azzopardi li jinsab mixli bi 15-il akkuża li jvarjaw mit-traffikar tad-droga sa vjolenza u flus foloz. TVM huwa infurmat li f’aktar investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabet madwar €7,000 f’karti tal-mitt ewro foloz. Fl-aħħar jiem, il-pulizija reġgħu dehru fir-razzett – ikkonvertit f’residenza lussuża – f’San Martin, fil-limiti tal-Wardija li kien jintuża minn Azzopardi.

Sorsi qalu lil TVM li f’din l-aħħar tfittixja f’għar fejn hemm il-jacuzzi, instabu ftit inqas minn €7,000 f’karti ta’ €100 foloz. F’din it-tfittxija nstabet ukoll ammont ta’ crack cocaine, li kienet moħbija f’ħajt tas-sejjieħ. Il-proċeduri fil-qorti kontra Jordan Azzopardi mistennija jkomplu għada quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke biex il-pulizija tkompli tressaq il-provi li rriżultaw mill-istħarriġ tagħha f’diversi postijiet li kienu jintużaw għat-traffikar u l-abbuż tad-droga kif ukoll għall-produzzjoni tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

B’investiment ta’ €11 miljun ewro se jiżdiedu 50 xarabank ġdid fil-flotta tat-trasport pubbliku. Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-investiment tal-kumpanija privata Autobus De Leon li għat-tieni sajf konsekuttiv investiet…

Pulizija

Fl-okkażjoni tal-206 anniversarju mit-twaqqif tal-korp tal-pulizija, l-Arċisqof Charles J Scicluna qal li l-motto tal-Korp stess, Domine Dirige Nos qed jitlob lil Alla jmexxi Hu. L-Arċisqof qal li x-xogħol tal-Korp hu…

Agrikultura

Il-pitkala kollha se jingħataw għodda teknoloġika biex jibdew jirreġistraw il-prodotti kollha f’sistema komuni li se tkun aktar trasparenti u biha jkun hemm rendikont aġġornat tal-prodotti li nbigħu, il-prezzijiet u x’fadal….

Aktar