Saħħa
Każijiet ġodda ta’ HIV f’Malta sparaw ‘l fuq fl-aħħar 10 snin

Rapport annwali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard juri li f’temp ta’ għaxar snin il-każijiet ġodda ta’ HIV f’Malta sparaw il-fuq.

Kienu 72 persuna li tul is-sena li għaddiet irriżultaw fil-pożittiv għall-virus tal-HIV li jista’ iwassal ghall-AIDS. Ir-rapport poġġa lil Malta bit-tieni l-għola rata ta’ każijiet ġodda ta’ HIV. Għaxar snin ilu n-numru ta’ każijiet ġodda kien ta’ 17.

Mistoqsa dwar jekk din hix rata allaramanti, is-Supretedenet tas-Saħħa Pubblika Charimaine Gauci qalet li parti miż-żieda tista tkun minħabba ż-żieda fit-testijiet.

“Aħna qed nagħmlu sforz biex inressqu iżjed nies għal testing, ħalli dawk in-nies li huma veru pożittivi nagħmlulhom dijanjosi u nressquhom għal trattament li aħna noffru b’xejn.

Il-Professur Gauci qalet li ħafna mill-każijiet ġodda rraportati huma ta’ persuni ta’ nazzjonalita barranija. Żiedet tgħid li għalkemm l-aktar każi huwa kaġun ta’ attività sesswali laxka bejn persuni omosesswali, kull attivita sesswali mingħajr protezzjoni tista’ twassal għal virus tal-HIV.

“Aħna nafu li kull sesswalment espożizzjoni għal dan il-virus mingħajr protezzjoni hemhekk għandu r-riskju.”

Fil fatt ir-rapport sab li f’33% tal-każijiet kollha rrapportati l-virus ġie trażmess b’attivitajiet sesswali bejn mara u raġel u li 4% biss tal-każijiet ġodda kienu minħabba użu tas-siringi infettati għat-teħid tad-droga.

F’dan l-isfond, il-Professur Charmaine Gauci qalet hemm bżonn aktar ħidma ta’ prevenzjoni biex dan il-mard jitrażżan.

“Bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq strateġija sabiex inkomplu nsaħħu il-ħidma tagħna fuq l-HIV, fosthom naħdmu fuq prevenzjoni u sexual health promotion.”

Huwa stmat li kull sena mal-miljun persuna fid-dinja jmutu kaġun tal-AIDS. lI-persuni milquta mill-HIV f’Malta jingħataw trattament b’xejn minn speċjalisti fil-klinika tal-HIV. Fl-aħħar snin beda jsir test ta’ malajr għall-HIV fil-klinika tal-GU, u wieħed jista ukoll jagħmel test tiegħu innifsu li huwa disponibbli mill-ispiżeriji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar