Lokali
KE b’ħajr lil Malta tal-appoġġ li sabet fil-programm ta’ tilqim kontra l-COVID-19

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakides irringrazzjat lil pajjiżna għall-appoġġ li l-Kummissjoni Ewropea sabet mingħand Malta fil-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ kontra l-COVID-19

F’ittra mibgħuta lid-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Kummissarju għas-Saħħa tenniet li l-Kummissjoni Ewropea ma kinitx se tkun f’pożizzjoni li ttellaq programm ta’ vaċċinazzjoni fuq skala Ewropea mingħajr l-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri.

Hija rrimarkat li Malta kienet waħda mill-iktar pajjiżi li wriet support qawwi għall-programm tax-xiri konġunt tat-tilqim, programm li wassal biex l-Istati Membri kellhom aċċess ugwali u fl-istess ħin għall-vaċċin.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li din l-ittra ntbagħtet b’risposta għall-ittra mibgħuta mid-Deputat Prim Ministru fejn ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tkun proattiva u tixtri l-konsenji meħtieġa tal-vaċċin tal-Covid-19 li jaf ikollna bżonn fis-snin li ġejjin.

Il-Kummissarju Kyriakides saħqet li l-Unjoni ffirmat it-tielet kuntratt ma’ BioNTech-Pfizer li jikkommetti lil din il-kumpanija tipprovdi sa 1.8 biljun doża oħra li se jibdew jitqassmu fl-aħħar tas-sena.