Kurżitajiet
Keċċiethom wara li qabdithom reqdin mal-art

Il-kumpanija tar-Ryanair keċċiet sitt membri tal-ekwipaġġ wara li qabdithom rieqdin mal-art fl-ajruport ta’ Malaga.

Il-każ ġara madwar xahar ilu u skont ir-Ryanair, dan sar bi skop biex tidher kerha l-kumpanija.

Union Portugiża għall-ħaddiema li tirappreżenta l-linja tal-ajru kkritikat il-kumpanija bil-kbir għaliex ħalliet lil bosta membri tal-ekwipaġġ mingħajr aċċess għax-xorb, ikel u fejn ipoġġu mis-01:30 sa 06:00.

Il-kumpanija qalet li ħasset li kellha tkeċċi lil dawn il-membri tal-ekwipaġġ fuq imġieba mhux korretta.

Il-każ imur lura għall-14 ta’ Ottubru meta aktar minn 20 membru tal-ekwipaġġ spiċċa mwaħħal fl-ajruport ta’ Malaga wara li tħassru xi titjiriet.

Minkejja l-kwistjoni kollha li nqalgħet, il-kumpanija qed tibqa’ ssostni li l-ebda membru tal-ekwipaġġ ma raqad mal-art u assigurat li dawn ittieħdu fil-VIP lounge u l-għada kienu f’Porto.

Ryanair qalet li r-ritratt tal-ekwipaġġ dar mad-dinja kollha u kkawża danni kbar lill-kumpanija minħabba mġieba skorretta u irresponsabbiltà min-naħa tal-ħaddiema.