Lokali
Keith Schembri interrogat dalgħodu – itteħditlu stqarrija

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija. Ilbieraħ, il-pulizija kienet diġà bagħtet għal Keith Schembri biex tinterrogah dwar l-allegat sehem tiegħu fil-każ tal-impjieg finta ta’ Melvin Theuma – l-allegat intermedjarju fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-eks chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, kien fost il-persuni li l-Pulizija kellmet fl-aħħar sigħat bħala parti mill-investigazzjoni. Sorsi li tkellmu ma’ Television Malta qalu li l-ufficjali mitkellma mill-pulizija, implikaw lil Keith Schembri li għamel pressjoni biex Melvin Theuma jingħata impjieg.

Il-pulizija fetħet investigazzjoni immexxija mill-Ispettur Nikolas Vella, dwar miżappropazzjoni wara li Theuma żvela fix-xhieda tiegħu fil-Qorti li kien ingħata impjieg mal-Gvern fl-2017 u kien qed jithallas mingħajr qatt ma mar għax-xogħol. Jirrizulta li l-impjieg tiegħu ġie terminat wara erba’ xhur.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar