Lokali
Keith Schembri jiddaħħal l-isptar minħabba raġunijiet serji ta’ saħħa

L-ex Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri ddaħħal l-isptar u qed jingħata kura għal raġunijiet serji ta’ saħħa.

Dan ħabbru l-Avukat ta’ Schembri Edward Gatt lill-ġurnalisti quddiem il-qorti ftit qabel ma kellha tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Schembri dwar każ ta’ ħasil ta’ flus, frodi u korruzzjoni b’rabta ma’ xiri ta’ magni għall-gazzetta The Times lura fl-2008.

L-Avukat Gatt qal li Schembri qiegħed jingħata kura l-Isptar Mater Dei u appella lil kulħadd biex jittrattaw lil Schembri u lil qraba tiegħu b’dinjità.

Sadanitant, is-seduta tal-kumpilazzjoni tax-xhieda se tkompli tinstema’. Tista’ ssegwi dak li għaddej fil-Qorti minn hawn.