Qorti
Keith Schembri jirtira l-kawża ta’ libell fil-konfront ta’ Simon Busuttil

Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rtira l-kawża ta’ libell li kien fetah kontra d-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil li allega li Keith Schembri kien qed jixxaħħam.

Is-Sur Schembri rtira l-libell wara li ripetutament fl-awla tal-Maġistrat Victor Axiaq irrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tad-difiża dwar il-kumpanija 17 Black minħabba li qal ma jridx jippreġudika l-pożizzjoni tiegħu peressli għaddejin tliet inkesti oħra li f’uħud minnhom għad irid jixhed. Aktar qabel, il-Maġistrat Axiaq irrifjuta t-talba tas-Sur Schembri biex jirrikuża ruħu minħabba li bħala avukat kien jagħti servizz legali lill-kumpanija tiegħu u lil Nexia BT. Il-Maġistrat rrifjuta wkoll it-talba biex is-Sur Schembri ma jixhidx fuq il-kumpanija 17 Black minħabba l-proċeduri oħra separati li għaddejin.

Wara dan l-iżvilupp, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, fi stqarrija qal li l-Prim Ministru għandu jkeċċi minnufih lis-Sur Schembri. Dr Delia qal li wara li s-Sur Schemrbi għażel li ma jweġibx biex ma jinkriminax ruħu, għandu jew jirriżenja jew jitneħħa mill-pożizzjoni ta’ Chief of Staff tal-Prim Ministru b’mod immedjat.

L-għaqda Repubblika qalet fi stqarrija li wara li s-Sur Schembri rrifjuta li jixhed biex ma jinkriminax ruħu, huwa għandu jitlaq mill-kariga li għandu f’Kastilja. Kompliet tgħid li l-pożizzjoni ta’ Schembri ilha mhux tenibbli minn meta nkixef li kellu kumpanija sigrieta fil-Panama, u issa mhix tenibbli aktar minn qatt qabel.

Is-Sur Schembri min-naħa tiegħu qal fi stqarrija li l-libell kontra Dr Busuttil infetaħ fuq allegazzjonijiet malafamanti li saru minn Dr Busuttil f’Marzu tal-2016, u ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-kumpanija 17 Black. Huwa qal li waqt li qed jixhed f’inkjesti oħra, kontra qalbu kellu jirtira l-libell li ħass li fil-proċeduri tal-lum setgħu jiġu ppreġudikati d-drittijiet fundamentali u Kostituzzjonali tiegħu, minħabba li għaddejin Inkjesti Maġisterjali mitluba minn Dr Busuttil stess.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Tliet proġetti b’budget ta’ aktar minn €60,000 bejniethom minn fondi tal-Unjoni Ewropea ħallew fiż-Żejtun wirt restawrat fil-knisja, tagħmir ġdid fosthom għat-tagħlim tal-mużika f’wieħed mill-każini tal-banda, waqt li grupp ta’ żgħażagħ…

Edukazzjoni

Tul is-sena akkademika li għaddiet, l-Università ta’ Malta kellha madwar 1,500 student internazzjonali jsegwu xi kors. Bħall-istudenti kollha, din is-sena l-istudji tagħhom kienu affettwati mill-pandemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi madwar terz mill-istudenti…

Pulizija

Pulizija li jirrapporta pulizija ieħor li jkun qed jabbuża jew jixxaħħam mhux se jibqa’ jirriskja li jittieħdu passi kontrih. Dan wara li fuq rakkomandazzjoni tal-GRECO saret bidla fil-liġi biex fi…

Aktar