Politika
Keith Schembri msejjaħ fid-depot b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Theuma xehed fil-Qorti li kien ingħata impjieg mal-Gvern fl-2017 u kien jitħallas mingħajr qatt ma mar għax-xogħol. Jirriżulta li l-impjieg tiegħu ġie terminat wara erba’ xhur.

Fl-aħħar ħin il-Pulizija kellmet lil diversi uffiċjali taċ-ċivil b’rabta mal-impjieg ta’ Theuma, fosthom lill-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-gvern li kien impjegat magħha Theuma, Tony Muscat, kif ukoll lill-Kap tal-Customer Care tal-Gvern, Sandro Craus.

It-tnejn li huma implikaw li Keith Schembri kien għamlilhom pressjoni biex jagħtu impjieg lil Theuma.

Ara wkoll:

Uffiċjali jimplikaw lil Keith Schembri b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar