Qorti
Keith Schembri rtira kawżi ta’ libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia

L-eks Chief of Staff Keith Schembri rtira żewġ kawżi ta’ libell li kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia. Dan intqal waqt seduta tal-lum li matulha kellhom jinstemgħu l-kawżi mill-Maġistrat Victor Axiaq.

Il-kawżi kienu marbuta ma’ żewġ artikli dwar il-kumpanija Egrant ppubblikati mis-Sinjura Caruana Galizia, fejn allegat li s-Sur Schembri kien irċieva flejjes mingħand persuni qrib politiċi tal-Ażerbajġan.

Intant, erba’ kawżi ta’ libell miftuħa mill-Prim Ministru Joseph Muscat kontra s-Sinjura Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, Karl Gouder u Mario Frendo ġew aġġornati għal Marzu. Fil-Qorti ntqal li l-posponiment intalab fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

B’ħarsa protettiva, Magda, sibniha tredda lil ħames t’ifrieħ imdawrin magħha ftit sigħat wara li welldithom. Għat-tieni darba wara ftit aktar minn sentejn, Magda welldet u ġabet ferħ lis-sidien tal-Arka ta’…

Ekonomija u Finanzi

Minkejja li s-sena l-oħra żdied il-bejgħ u anke l-profittabbilità, is-sidien tal-ħwienet qalu fi stħarriġ taċ-Chambers of SME’s li ħassew l-effetti tal-kriżi politika li għadda minnha l-pajjiż, għax it-titjib fin-negozju ma…

Xogħol

Fi sbatax-il sena kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, OHSA, l-uffiċjali ta’ din l-Awtorità wettqu 39,382 spezzjoni f’diversi postijiet tax-xogħol. Mill-2012 iddaħħlet is-sistema li l-Awtorità tkun…

Politika

Il-Ministeru għat-Turiżmu ħabbar li l-kuntratt ta’ konsulenza ta’ Konrad Mizzi ġie tterminat. Fi stqarrija intqal li dan sar wara li l-Ministru ħadet parir legali, u li f’dan l-istadju l-Ministeru jista’ jikkonferma…

Aktar