Annimali
Kelb imħarreġ biex ixomm il-livell taz-zokkor tal-bniedem

Il-kelb ħafna jqisuh bħala wieħed mill-akbar ħabib li wieħed jista’ jkollu. Kelb jaf iżommlok kumpanija u jibqa’ leali lejk jiġri x’jiġri. Imma l-ħila tal-kelb ma tieqafx hemm.

Nisimgħu ħafna bil-kapaċità tal-klieb fosthom dawk tal-Pulizija. Biss ix-xamm tal-klieb huwa bla limitu u mhux biss kapaċi jxommu jekk hemmx xi drogi jew vittmi qalb xi terrapin.

Service Dogs Malta Foundation tellgħet fuq il-mezzi soċjali ritratt ta’ Tim, kelb li kapaċi jxomm il-livell taz-zokkor fil-bniedem. Dawk il-klieb, li qed jissejħu bħala Diabetic Alert Dogs, huma mħarrġa sabiex jxommu meta l-livell taz-zokkor ikun baxx.

Diversi persuni, b’mod partikolari t-tfal, ma jirrikonoxxux meta l-livell taz-zokkor jitbaxxa jew jogħla. Uħud ma jħossux is-sintomi ta’ meta l-livell jinżel jew jogħla b’mod drastiku u dan jista’ jwassal għall-konsegwenzi agħar fosthom li wieħed jaqa’ f’koma.

Dawn il-klieb huma mħarrġa biex ixommu l-livell taz-zokkor u għalhekk wieħed jista’ jilħaq jieħu prekawzzjoni qabel ma jkun tard.

Dan ma jfissirx li wieħed m’għandux jiċċekkja mat-tabib b’mod regolari l-livell taz-zokkor. Jekk wieħed jixtieq japplika għas-servizz ta’ dawn il-klieb jew irid aktar dettalji jista’ jidħol fis-sit ta’ Service Dogs Malta.

Ara wkoll:

Klieb joffru assistenza għal tfal bl-awtiżmu u persuni dijabetiċi

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar