Lokali
Kelb Ingliż jiġi Malta biex jara opra

Għall-opri Cavalleria Rusticana u Pagliacci li se jittellgħu f’serata waħda s-Sibt li ġej fit-Teatru Aurora t’Għawdex, għall-ewwel darba mal-udjenza se jkun hemm kelb.

Barbara hi persuna nieqsa mid-dawl li kullimkien tieħu lil Tommy: il-kelb gwida tagħha. Barbara hi mir-Renju Unit u ġiet Għawdex ma’ żewġha Jim għall-opra lirika li se tittella’ fit-Teatru Aurora f’Għawdex fi tmiem din il-ġimgħa. Hi naturali, qalet Barbara, li Tommy jkun hemm!

“It is certainly the first time for Tommy in Gozo but not the first time for Tommy in an opera. We have taken him to the Royal Opera in London and also to Glynebourne in Sussex. So he is quite a music animal” qalet Barbara.

Għat-Teatru Aurora, din hi l-ewwel darba li mal-udjenza fl-opra se jkun hemm kelb gwida. It-tmexxija tat-teatru stiednet lill-koppja biex tiffamiljarizza ruħha mal-post minn qabel, b’Barbara tappella lill-udjenza biex iżżomm lura mill-istint naturali li tiggosta l-kelb u tmellsu u biex ma jagħtuhx ikel.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li permezz ta’ skema apposta il-Ministeru jgħin biex l-opri f’Għawdex isiru aktar aċċessibbli għall-persuni b’dizabilità. Barbara appellat lil nies bħalha biex jieħdu vantaġġ minn dawn l-iskemi.

Barbara stqarret li “Yes we may not be able to see but the atmosphere, the ability to talk and communicate and hear such wonderful music is a wonderful opportunity. So I really encourage them if they hear about the opportunity come.”

Barbara taħdem bħala social worker fi sptarijiet f’Londra ma’ pazjenti li jingħataw l-aħbar li minħabba kundizzjonijiet varji se jitilfu l-viżta.