Annimali
Kelb jista’ jkun aggressiv għax ma jkunx jaqbel ma’ sidu – trainer

Minkejja li qabel kien hawn xi razez ta’ klieb projbiti milli jitrabbew mill-Maltin, illum il-ġurnata m’hawn ebda razza illegali, inkluż klieb li huma kbar u meqjusa bħala feroċi.

It-trainer tal-klieb Robert Spiteri spjega f’TVAM li ra iktar minn 1,500 każ ta’ klieb b’imġieba aggressiva u qal li ‘l fuq minn 90% minnhom ġej min-nuqqas ta’ informazzjoni li għandhom is-sidien ta’ ċerti razez ta’ klieb.

Filwaqt li semma’ wħud mir-responsabilitajiet tas-sidien biex iħarrġu lill-kelb, jagħmel l-eżerċizzju, jagħtuh ikel u xorb adattat, jissoċjalizzawh, u jkun dixxiplinat, it-trainer qal li mhux kulħadd kapaċi jrabbi kull razza, tant li sostna li jista’ jkun li l-kelb ma jaqbilx ma’ sidu.

Fisser li jekk is-sid iċedi kollox lill-kelb, allura l-kelb jibda jagħmel li jrid u għalhekk is-sid jitlef il-kontroll tiegħu.  Saħaq fuq l-importanza li sa 6 xhur is-sidien għandhom iderru l-kelb ma’ ambjenti differenti li se jkun qed jgħix fihom, kemm fid-dar kif ukoll barra.

Robert Spiteri qal li l-ħolma tiegħu hija li jkun hawn breed tests li l-klieb jagħmluhom ma’ sidhom għax jista’ jkollok service dogs li mat-trainer jimxi tajjeb imma ma’ sidu ma jħossux komdu.

It-trainer spjega fid-dettall dwar dan dalgħodu f’intervista li parti minnha tista’ taraha hawnhekk.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar