Lokali
Kelb tad-Dwana b’qabda kbira ta’ flus fl-Ajruport

Il-kelb tad-Dwana ta’ Malta, Peter, irnexxielu jaqbad persuna li kient ħierġa mill-pajjiż b’iktar minn mitejn elf ewro fi flus kontanti.

Il-każ seħħ ilbieraħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, meta l-kelb għamel reazzjoni għal passiġġier li kien se jitla’ fuq flight lejn Istanbul fit-Turkija. Kien hawn li uffiċjali tad-Dwana waqqfu lill-passiġġier, u fittxewlu ħwejġu, biex elevaw €210,000 fi flus kontanti.

Il-Pulizija tat-Taqsima tal-Kriminalità Ekonomika, li arrestaw lir-raġel, ġew infurmati bil-każ, u jinsabu għaddejin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

F’każ separat, li wkoll seħħ ilbieraħ fl-Ajruport, raġel twaqqaf għal iktar spezzjonijiet waqt li uffiċjali tad-Dwana kienu qed jagħmlu spezzjonijiet ta’ rutina fiż-żona tad-Departures. Wara li skoprew madwar €5,000 fuq il-passiġġier, il-bagalji tiegħu tniżżlu minn fuq it-titjira li kien sejjer fuqha. Fil-bagalja sabu €10,000 oħra moħbija f’oġġetti tal-ħwejjeġ imferrxa fil-bagalja. €5,000 minn dawn ittieħdu mid-Dwana, bil-bqija jingħataw lura lill-passiġġier.

Fi stqarrija d-Dwana fakkret kif skont il-liġi Ewropea, persuni li jkunu qed iġorru ammont li huwa ekwivalenti għal €10,000, fi flus kontanti jew f’ċekkijiet, għandhom jiddikjarawhom lid-Dwana.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar