Kronaka
Kelb tad-Dwana jsib €22,000 fi flus mhux dikjarati

Il-kelb tad-Dwana, Charlie, irnexxielu jxomm €22,000 fi flus mhux dikjarati moħbija f’bagalja ta’ passiġġier mill-Kosta tal-Ivorju li kien sejjer lejn Istanbul fit-Turkija.

Meta l-kelb beda jxomm il-bagalja u l-uffiċjali tad-Dwana staqsew lir-raġel kemm kellu flus huwa wieġeb li ma kienx jaf u ppreżentalhom madwar €3,000.

Madankollu mill-mod kif Charlie kien qed ixomm il-bagalja l-uffiċjali ssuspettaw li kellu aktar u sabu d-€19,000 l-oħra.

Il-passiġġier aċċetta li jħallas il-multa biex seta jkompli bil-vjaġġ tiegħu minflok ma jitressaq fil-Qorti.