X

Kelb tal-pulizija Ingliża jibqa’ trawmatizzat wara l-attakk ta’ Manchester

Kelb tal-pulizija, li kien minn tal-ewwel li wasal fuq ix-xena tal-attakk fl-arena ta’ Manchester, baqa’ trawmatizzat bl-esperjenza.

L-attakk terroristiku f’Manchester f’Mejju li għadda kien ħalla 22 mejta u 59 midruba, fosthom tfal.

Il-kuntistabbli Phil Healy qal mal-midja Ingliża li Mojo, il-kelb tiegħu tas-servizz, beda jbati minn kundizzjoni kawża tat-trawma li għadda minnha, fejn beda jitlef irqajja’ sħaħ ta’ pil.

Healy u Mojo kienu fuq il-post ftit minuti wara li splodiet il-bomba fil-foyer tal-arena, u xogħlhom kien li jfittxu bombi oħra li seta’ jkun hemm. Il-koppja b’kollox għamlu 11-il siegħa ta’ tiftix, f’lejl li, fi kliem Healy, donnu ma ried jgħaddi qatt.

Għalkemm Mojo għadu ma fieqx kompletament mit-trawma, il-pil reġa’ beda jikbirlu, u minn dak iż-żmien reġa’ rritorna diversi drabi fl-arena biex jagħti servizz.

Ritianne Agius: